Raġel ta' 33 sena minn Birkirkara baqa' jinżamm taħt arrest wara li allegatament seraq żewġ muturi fil-15 ta' Ġunju li għadda.
Fil-Qorti huwa ġie mixli wkoll li bagħbas mal-pjanċi tal-mutur u li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti għall-ħelsien mill-arrest.
L-Ispettur Taliana spjega kif ir-raġel kien ġie identifikat mill-filmati tas-sigurtà. Żied jgħid ukoll li l-prosekuzzjoni għanda n-numru ta' xhieda li raw dan l-allegat reat.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti tordna li jinżamm taħt arrest.