Raġel miż-Żurrieq illum ingħata sentenza sospiża wara li nstab ħati bi vjolenza domestika.
Fil-Qort hu kien akkużat li kkaġunalha biża’ fuq martu li se tintuża vjolenza kontriha.
L-Ispettur Roderick Attard spjega lill-Maġistrat Nadie Lia li l-bieraħ il-Pulizija kienet irċeviet telefonata ta’ għajnuna mill-vittma.
Minnufih il-Pulizija marret fir-residenza fejn hemmhekk ikkonfiskat ukoll arma tan-nar. Hu mifhum li din l-arma ma ntużatx waqt l-argument bejn il-koppja.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bl-avukat tiegħu Marion Camilleri tisħaq li dan kien inċident ta’ darba.
Fid-dawl ta’ dan il-Qorti ikkundannat lir-raġel sentenza ta’ ħames xhur ħabs sospiżi għal-sena.