Tifel ta’ 15-il sena li aktar kmieni dan ix-xahar ġie mixli fil-Qorti b’tmien serqiet f’Wied il-Għajn illum reġa’ tressaq il-Qorti wara li allegatament inqabad jisraq.
L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti kien ġie arrestat il-Ħamis li għadda.
Il-Maġistrat Joe Mifsud wissa lit-tifel sabiex ibiddel triqtu qabel ma jkun tard wisq. Dan il-każ issa se jgħaddi fil-Qorti Ġuvinili.
Il-Maġistrat qal lill-akkużat li fiċ-ċentru YOURS (Young Offenders Unit Rehabilitation Services), fl-Imtaħleb.
“Ma naħsibx li għandek tqatta’ ħajtek dieħel u ħiereġ il-ħabs," irrimarka l-Maġistrat.
L-Ispettur Eman Hayman akkuża lit-tifel ta’ 15-il sena li kien riċediv u b’serq minn dar privata.
L-avukat Fransina Abela dehret għall-akkużat.