Il-Maġistrat assenjat għall-każ ta’ PaqPaqli ġiet mitluba tirrikuża lila nnifsha wara li ddikjarat fil-Qorti li kienet taf waħda mill-qraba tal-akkużati.
Il-każ għandu x'jaqsam mal-inċident ta' PaqPaqli tal-2015, meta karozza sportiva, misjuqa mill-miljunarju Ingliż Paul Bailey, baqgħet dieħla fil-pubbliku u weġġgħet 23 persuna.
Dan il-każ kien ġie assenjat lill-Maġistrat Nadine Lia wara li l-Maġistrat inkarigat, Aaron Bugeja kien ġie promoss imħallef.
Fis-seduta tal-lum il-Maġistrat minnufih infurmat lill-partijiet interessati li kif kienet obbligata mil-liġi hi kienet taf wieħed mill-akkużati, Toni Darmanin.
L-avukati tad-difiża qalu li jkun aħjar f’dan il-każ li jkun hemm rekuża madanakollu huma faħħru l-mod korrett u trasparenti li bih imxiet il-Maġistrat,Intant seduta skedata għal għada ġiet ikkanċellata.
L-ispetturi tal-pulizija Josric Mifsud, Silvio Magro u Hubert Cini qed mexxew il-prosekuzzjoni. Filwaqt li l-avukat Giannella de Marco u Stephen Tonna Lowell qed jidhru għal Paul Bailey.
Għall-membri varji tal-kumitat organizzattiv qed jidhru l-avukati Stefano Filletti, Joe Giglio, Arthur Azzopardi, Michael Sciriha, Raphael Fenech Adami u Albert Zerafa.
Franco Debono, Amadeus Cachia, Roberto Montalto, Michael Grech, Shazoo Ghaznavi, Alessia Zammit Mackeon u Reuben Farrugia huma fost l-avukati li qed jidhru parte civile għall-vittmi.