Jingħata €3000 f’danni raġel akkużat li stupra lil bintu

Il-qorti semgħet kif ukoll kif waqt l-interrogazzjoni tiegħu, huwa kien ċaħad dan l-istupru u allegatament qal lill-Pulizija li bintu kienet qed tigdeb.

L-Avukat Ġenerali ressaq appell wara li l-Qorti Kostutizzjonali ordnat lill-Avukat Ġenerali iħallas raġel akkużat li stupra lil bintu €3000 f’danni.

Dan wara li l-Qorti ddikjarat li d-dritt tiegħu għall-ġustizzja xierqa u fi żmien raġonevoli kien ġie miċħud b’sentejn dewmien.

Ir-raġel kien akkużat bi stupru fl-4 ta’ Jannar 2011 bil-Qorti tiċħad b'mod kostanti l-libertà proviżorja. Kien biss f'Settembru 2013 wara proprju 31 xahar taħt arrest preventiv, li l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest. Jidher ukoll li l-akkuża finalment inħarġet fl-2013.

Fil-Qorti bint l-akkużat illum qalet li missierha kien qatta' 31 xahar il-ħabs u li kaġun t’hekk  ommha spiċċat fil-faqar u ma setgħetx titma lill-uliedha.

Il-qorti semgħet kif ukoll kif waqt l-interrogazzjoni tiegħu, huwa kien ċaħad dan l-istupru u allegatament qal lill-Pulizija li bintu kienet qed tigdeb.

Huwa żied jgħid li fil-ħabs huwa ma setax jirċievi l-kura medika li kien meħtieġ u li ġie mċaħħad mill-aċċess għat-tfal tiegħu għal 11-il xahar sħaħ. Fid-dawl ta’ dan huwa talab kumpens.

L-Imħallef osserva li kien hemm raġunijiet validi wara d-deċiżjoni tal-Qorti li ticħad il-ħelsien mill-arrest. Hu kif wara li għaddew 20 xahar taħt arrest, l-akkużat ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Madanakollu huwa qal li l-unika dewmien inaċċettabbli kien fis-sentejn li l-Avukat Ġenerali damm sabiex iressaq il-kap ta’ akkuża.

Fid-dawl ta’ dan, il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ordnat li r-raġel jiġu kkumpensat €3000 bħala danni.

More in Qrati u Pulizija