Raġel li Kien qed jkun akkużat bi frodi inħeles minn kull akkuża minħabba nuqqas ta’ evidenza u għarfien espert estern.
Ir-raġel ta’ 42 sena kien mixli b’10 akkużi fosthom frodi, li żamm affarijiet misruqa, għamel użu minn ismijiet foloz u li ffalsifika ċekkijiet.
Huwa kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest f’każ ieħor separat.
Il-każ imur lura f'Novembru 2015 meta l-awtoritajiet kkuntattjaw raġel li ismu kien intuża fuq ċekk falz.
Mistoqsi fuq il-ktieb taċ-ċekkijiet ir-raġel kien konfuż meta użah l-aħħar madanakollu huwa spiċċa arresta talli pprova jqarraq bil-bank.
Aktar tard huwa spjega lill-pulizija li ċ-ċekk kien ġie minn għand l-akkużat Joseph Azzopardi.
Wara li analizzat l-evidenza quddiemha, il-Qorti qalet li ma setgħetx isib lill-akkużat minħabba nuqqas ta’ evidenza li torbtu direttament mar-reat u saħansitra n-nuqqas ta’ xhieda minn esperti legali fil-Qorti li setgħu jikkonfermaw partijiet mill-evidenza li ntużat mill-prosekuzzjoni.
Minkejja dan il-Qorti qalet li kważi ‘ċertament’ l-akkużat kien involut b’xi mod jew ieħor f’dan ir-reat.
Il-prosekuzzjoni tat avviż tal-appell.
L-ispetturi Elliot Magro u Robert Vella mexxew il-prosekuzzjoni.
L-Avukat Edward Gatt deher għad-difiża.