Ħelsien mill-arrest wara li jitressqu l-Qorti akkużati b'vjolenza domestika

Iż-żewġ każijiet separati ġew irraportata nhar it-Tnejn li għadda

F’żewġ każijiet separati żewġt irġiel tressqu llum il-Qorti mixlija b’vjolenza domestika.

Fl-ewwel każ raġel minn Ħal Tarxien tressaq il-qorti akkużat li kkaġuna feriti ħfief fuq martu wara inċident fid-dar tagħhom.

L-Ispettur Sarah Zerafa spjegat kif fit-tlieta ta’ Novembru l-Pulizija rċievet rapport minn għand mara li kienet għadha kif ġiet msawwta mir-raġel tagħha. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, filwaqt li spjega fil-Qorti li se jmur jgħix mal-ġenituri tiegħu fiż-Żejtun.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2500 u depożitu ta’ €300. Fit-tieni każ, raġel ta’ 44 sena mill-Mosta ġie mixli li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq martu. L-Ispettur tal-Pulizija Paula Ciantar li mexxiet il-prosekuzzjoni spjegat li l-mara kienet indikat lir-raġel li se tibda l-proċeduri għas-separazzjoni. Kaġun t’hekk ir-raġel ireaġixxa b’mod vjolenti u ta xebgħa lill-mara.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Huwa wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €3000.

More in Qrati u Pulizija