Il-Qorti tiċħad it-talba ta' kumpens ta' Emmanuel Camilleri

Camilleri kien ntbagħat il-ħabs wara li ġie mixli u nstab ħati li abbuża minn bintu

Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Emmanuel Camilleri għal kumpens wara li kien ntbagħat il-ħabs waqt li kien innoċenti.

Fl-2011 Camilleri kien ġie akkużat li abbuża minn bintu u nstab ħati sentejn wara. Madanakollu huwa kien baqa’ jiġġieled din is-sentenza u wara inkjesta maġisterjali bintu ammettiet li kienet gidbet fuq missierha.

Fid-dawl ta’ dan Camilleri kien fetaħ każ kontra l-Avukat Ġenerali minħabba l-fatt li spiċċa l-ħabs intortament.
Madanakollu l-Qorti ċaħdet it-talba għal kumpens u argumentat li l-ħsara li ġarrab Camilleri kienet tort tat-tifla u mhux tal-istat.

Il-Qorti qalet li l-awtoritajiet mxew mal-preċeduri legali stabbiliti. Apparti minn dan.

More in Qrati u Pulizija