Raġel li kien akkużat illi rreżista u weġġa uffiċjal tal-pulizija li kien qed jipprova jwaqqfu milli jkompli jsuq meta d-dawl tat-traffic lights kien aħmar, nigħata l-ħelsien mill-arrest
Ir-raġel li huwa Sirjan b'ċittadinanza Maltija u għandu 38 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, bl-Ispettur Robert Vella jispjega kif l-affarijiet tilfu l-kontroll hekk kif il-pulizija pprova jwaqqaf lill-akkużat, bil-konsegwenza li l-akkużat tah daqqa li kkważatlu ġrieħi ħfief. L-akkużat imbagħad baqa' jsuq.
L-akkużat, li huwa kuntrattur, qal li mhuwiex ħati li attakka u rreżista b'mod vjolenti lill-pulizija, kif ukoll li insultah u heddu. Hu kellu jiddaħħal malajr l-isptar wara li kien arrestat hekk kif kellu pressjoni għolja ħafna.
Il-Qorti laqgħet it-talba għal ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €500 u garanzija personali ta' €3,000.