Raġel ta’ 54 sena ngħata sentenza ta’ erba’ snin ħabs wara li nstab ħati li qabbad karozza f’Ħaż-Żabbar.
L-istess raġel instab ħati li kiser il-paċi pubblika u li pprova jweġġa’ żewġ persuni oħra meta xeħet fuqhom il-fjuwil.
Il-każ, li l-filmat tiegħu nxtered fuq Facebook, juri lill-akkużat flimkien maż-żewġt uliedu, li għandhom 17 u 18-il sena, jagħtu n-nar lill-karozza tal-ġirien.
Jidher, li l-każ seħħ għax il-karozza kienet ipparkjata quddiem kamra li fiha r-raġel iżomm xi annimali.
Anke uliedu wieġbu ħatja u ngħataw sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin fil-konfront tal-vittma u ordnat lill-akkużati jħallsu għall-ħsara li għamlu, li skont il-prosekuzzjoni kienet tammonta għal €4,000.