Iż-żewġ suldati li qed ikunu akkużati bil-qtil razzist ta’ Lassana Cisse Souleymane ngħataw il-ħelsien mill-arrest.
Lorin Scicluna and Francesco Fenech ngħataw il-ħelsien fuq depożitu ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €20,000.
Iż-żewġ żgħażagħ ma jistgħux joħorġu mid-dar bejn is-7pm u s-6am u għandhom jiffirmaw kuljum fl-għassa.
Lassana Cisse kien miexi lura minn Birżebbuġa meta allegatament għaddew iż-żewġ żgħażagħ u ġew sparati tiri mill-karozza tagħhom.
Il-prosekuzzjoni qed tinsisti li l-qtil huwa wieħed razzist, biż-żgħażagħ jisparaw sempliċiment għax Lassana Cisse kien iswed.
Fenech ammetta fil-Qorti li ta sikwit kienu jitilgħu Ħal Far jipprovokaw lill-immigrant, bl-eks tfajla ta’ Scicluna tisħaq li kemm-il darba kien ikkonfronta lill-immigranti fit-triq, sempliċiment għax iħarsu lejh.
Iż-żewġ suldati qed iwieġbu mhux ħatja.