Ħaddiem tal-kostruzzjoni Niġerjan kien akkużat bil-qtil ta' Niġerjan ieħor nhar il-Ġimgħa f'bar fi Triq il-Ġifen, Buġibba. Il-Qorti fetħet b'urġenza biex fil-fatt tisma' dan il-każ
L-Ispetturi Kurt Zahra u Paula Ciantar akkużaw lin-Niġerjan u akkużawh illi konxjament u intenzjonalment qatel lil persuna oħra f'dan il-bar f'Buġibba.
Il-vittma ta' 37 sena ngħata daqqa ta' sikkina f'sidru f'dak li kien deskritt bħala argument trivjali. Hu miet fl-isptar.
L-akkużat ta' 38 sena li joqgħod Buġibba għandu dokumenti Taljani, karta ta-identità u permess għar-residenza imma b'passaport Niġerjan.