Żagħżugħ ta’ 29 sena qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ sparatura li seħħet ilbieraħ fl-Isla għall-ħabta ta-l-10:00pm.
Il-Pulizija seħħet fi Triq iż-Żewġ Mini.
Il-Pulizija tad-Distrett u anke dawk tar-Rapid Intervetion Unit marru fuq il-post fejn ikkonfermat ir-rapport u bdiet minnufih bit-tfittxija.
Aktar tard iż-żagħżugħ ġie arrestat.
Jidher li ġew sparati tiri waqt argument bejn iż-żagħżugħ u mara. Il-vittma ma ntlaqtitx għax laħqet ħarbet minn fuq il-post.
Fl-istess triq, il-pulizija sabu l-vettura tal-għamla Mercedes, li kien qiegħed juża r-raġel u fiha nstabu l-arma tan-nar li allegatament saret l-isparatura biha, lembuba tal-ħadid u ammont sostanzjali ta' flus kontanti.
Fit-triq instabet ukoll il-balla tat-tir li ġie sparat.