Darren Debono u Jeffrey Chetcuti jingħataw il-ħelsien mill-arrest

Huma qed ikunu akkużati b'ħasil ta' flus ...

Darren Debono (xellug) u Jeffrey Chetcuti (lemin)
Darren Debono (xellug) u Jeffrey Chetcuti (lemin)

L-eks plejers tal-futbol Darren Debono u Jeffrey Chetcuti ingħataw il-ħelsien mill-arrest, fuq depożitu ta' €50,000 u garanzija personali €150,000.  L-irġiel jridu jsegwu curfew u ma jistgħux joħorġu 10 metri 'l barra mill-kosta. 

Debono u diversi nies oħrajn kienu arrestati wara li kienu qed jissemmew illi kienu mdaħħlin f'operazzjoni internazzjonali ta' kuntrabandu ta' fjuwil. 

Fil-Qorti llum numru ta' eks ħaddiema ta' World Water Fisheries, proprjetà ta' Debono, xehedu dwar kif topera l-kumpanija, fosthom il-Kontrollur Finanzjarju Charles Farrugia.

Debono u Chetcuti kienu parti minn operazzjoni maġġuri tal-Korp tal-Pulizija kontra reati ta' ħasil ta' flus.  Waqt din l-operazzjoni l-Pulizija elevat 36 vettura, €60,000 fi flus kontanti, ammont konsiderevoli ta’ ġojjellerija u ħwejjeġ tad-ditta, apparat elettroniku li jinkludu fost oħrajn mobiles, kompjuters u servers u ammont kbir ta’ dokumenti.

Tnejn mill-ħames minn nies imressqin il-Qorti, huma Gordon Debono u martu Yvette, fuq akkużi ta' ħasil ta' flus li jlaħħaq il-miljuni kbar ta' ewro.  Irriżulta li dawn it-tnejn huma marbutin ma' 11-il kumpanija, li huma: Hi-Low Properties Ltd, Petroplus Ltd, KB Investments Ltd, KB Lines Ltd, Seabrass Ltd, Petrobunkers Ltd, Oil and Ship Ltd, Gorge Ltd, S-Cape Yacht Charter Ltd, S-Cape Ltd and Yves Ltd.

 

More in Qrati u Pulizija