Tkompli x-xhieda fil-każ kontra Darren Debono u Jeffrey Chetcuti

Esebiti 22 mowbajl, u l-istess numru ta' hard drives u memory cards

Madwar 12-il terabyte ta' informazzjoni kienu investigati mill-pulizija fi tfittxijiet relatati ma' Darren Debono u Jeffrey Chetcuti u issa ġew esebiti fil-Qorti.  Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech semgħet espert tal-Qorti dwar l-IT jirrapporta dwar tagħmir, fosthom smartphones hekk kif il-kumpliazzjoni tax-xhieda kompliet għaddejja.

L-espert eżamina laptops, iPads, 22 mowbajl, 22 hard drive, kompjuters u 22 memory card.

Intant żewġ periti, Daniel Micallef u Claude Mallia, xehedu fuq ir-relazzjoni tagħhom mar-ristorant Scoglitti, li kien f'isem Debono u llum jismu Porticello.

Micallef qal illi kien kkumissjonat biex jagħmel xogħol fuq ir-ristorant minn Debono fis-16 ta' April 2014, meta kien applika f'isem Debono.  Applikazzjoni oħra kienet għal tinda fuq il-post, sabiex din issir struttura pemanenti, kif ukoll xogħol ta' pannelli solari.  L-Awtorità tal-Ippjanar iżda rrakomandat ir-rifjut ta' din l-applikazzjoni.  Sussegwentement l-applikazzjoni kienet rtirata. 

F'dan il-punt tbiddel l-isem tal-applikant, imma l-permess eventwalment xorta kien irrifjutat u dan ir-rifjut kien ikkonfermat fi Frar ta' din is-sena.

Mallia xehed fuq applikazzjonijiet għal tibdil intern fir-ristorant Sottomare.  Applikazzjoni minn Florinda Sultana quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar kienet esebita, flimkien mar-rifjut tal-istess permessi.  Muscat hija t-tifla tas-sieħba ta' Debono u qed tiffaċċja proċeduri kriminali għall-involviment tagħha fiż-żewġ risotranti - li t-tnejn allegatament huma involuti f'ħasil ta' flus u kuntrabandu taż-żejt.

L-ispetturi Joseph Xerri u James Turner, assistiti mill-avukat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukati Giannella De Marco, Stephen Tonna Lowell, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca assistew lil  Debono and Chetcuti. 

 

More in Qrati u Pulizija