Ilbieraħ, għal ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ħabta saret bejn Opel Astra, misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Gudja u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 24 sena, residenti Ħal Għaxaq. Għaldaqstant fuq il-post issejjaħ tim mediku u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Jidher li ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Intant, l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.