Skont stqarrija tal-Pulizija, ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tal-ħdax nieqes kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, ir-Rabat. Mill-ewwel investigazzjonijiet fuq il-post irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Peugeot Kisbee misjuq minn raġel ta' 48 sena residenti San Pawl il-Baħar u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta' 53 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Is-sewwieq ta' mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.