Operazzjoni mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet biex jiġi arrestat raġel ta’ 32 sena residenti Raħal Ġdid, b’rabta ma’ traffikar tad-droga kokaina.
Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija segwewh u waqqfuh waqt li kien qiegħed isuq fi Triq tal-Barrani, Żejtun. Saret tfittxija fil-vettura u fiha nstabu żewġ kilos ta’ sustanza bajda, allegatament droga kokaina.
Il-valur fit-triq li kieku d-droga kokaina nbiegħet hija madwar €180,000.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum waranofsinhar, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.