Illum għal xi 15:15p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħ impatt bejn żewġ muturi tat-tip Piaggio Vespa GTS u Honda Hornet 600, bil-konsegwenza li wieħed minnhom waqa'. Is-sewwieq tal-Piaggio, raġel ta' 34 sena miż-Żebbuġ Għawdex sofra xi ġrieħi wara li waqa', filwaqt li x-xufier l-ieħor, Taljan ta' 54 sena mir-Rabat Għawdex, ma weġġax.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.