Ramzi Abdulhafid Ib Abukem, wieħed mis-supettati fil-qtil ta' Mario Farrugia hu rraportat nieqes u għaldaqstant qed jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni li tinsab għaddejja. Mario Farrugia huwa r-raġel ta' 62 sena minn Pembroke li nstab mejjet fil-karozza tiegħu stess, fi stat qawwi ta' dekompożizzjonii f'Ħal Qormi. Permezz ta' evidenza forensika misjuba mill-Pulizija ġew arrestati erba' persuni; Ib Abukem, Eliott Paul Busuttil u żewġ nisa oħra.
Din mhux l-ewwel darba li Ib Abukem xellef difrejh mal-ġustizzja. Fil-fatt:
- Fl-2017 ġie akkużat b'serqa waqt li kien taħt l-effett tal-kokaina.
- Fl-2018 ġie akkużat bil-qtil ta' Mahmoud Elmejdi.
- Fl-2019 ġie akkużat li seraq familja filwaqt li kellu fil-pussess tiegħu arma, bla permess.
- Fl-2019 ukoll ġie akkużat li seraq anzjana u żewġ persuni oħra filwaqt li beda' jgħeddidhom b'sikkina.