Raġel mill-Polonja kien arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta nhar id-19 ta' Frar. Kienet fil-fatt l-imġieba nervuża ħafna tiegħu li wasslet biex il-ħaddiema fl-ajruport jissuspettaw fih, bl-istess raġel iġorr bagalja li t-tip tagħha ġieli ġew innotati f'operazzjonijiet ta' traffikar tad-droga.
Ir-raġel ta' 45 sena kien arrestat wara li l-klieb tad-Dwana kienu qed jindikaw li kien hemm xi ħaġa fil-bagalja tar-raġel. Fil-fatt instabu ftit inqas minn tliet kilogrammi ta' eroina fil-qiegħ falz.
L-Ispettur Jonathan Pace akkuża lir-raġel b'importazzjoni ta' eroina, li forna d-droga u kien fil-pussess ta' ammonti li kienu jindikaw illi ma kinux għall-użu personali.
L-Avukat Difensur Sue Mercieca iddikjarat li l-akkużat mhux qed jammetti l-ħtija, iżda l-ħelsien mill-arrest ma kienx rikjest. Għalhekk il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit jibqa' taħt arrest, filwaqt li ordnat illi jkunu ffriżati l-assi tiegħu.