Nhar it-Tnejn 14 t"Awwissu, għall-ħabta tad-9 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident fi Triq Dawret il-Gudja, il-Gudja.
Meta marret fuq il-post, instab li l-inċident seħħ bejn Suzuki Swift, misjuqa minn raġel ta' 22 sena residenti Ħal Ġħargħur, u mutur tal-għamla Yamaha T110, misjuq minn raġel ta' 32 sena resident Ħaż-Żabbar.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa' gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.