Il-Pulizija, assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew bl-ispezzjonijiet li ilhom għaddejjin bihom tul dawn l-aħħar xhur. Dawn jirregwardjaw persuni li qed jgħixu f’Malta b’mod irregolari.
Din id-darba, it-tfittxijiet saru fl-akwati ta’ Pembroke, Paceville u San Ġiljan. Saru wkoll spezzjonijiet f’siti ta’ kostruzzjoni.
B’kollox, instabu 15-il persuna, li ttieħdu fiċ-ċentru tad-detenzjoni sabiex jibda l-proċess tar-ritorn tagħhom. In-nazzjonalitaijet jinkludu dawk mill-Bosnja, mill-Ghana, min-Niġerja, mill-Gambja, mill-Mali, mis-Serbja, kif ukoll mill-Ġorġja.
L-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem li ġejjin.