Sewwieq ta' mutur qed isofri minn prieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku it-Tlieta waranofsinhar fi Triq Emmanuele Luigi Galizia, il-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:45pm, hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku. Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari, irriżulta li l-ħabta seħħet bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi u mutur Yamaha
MT-03 misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Santa Venera.
Is-sewwieq tal-mutur ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertirfikat li qed iaofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.