Il-Ħadd 10 ta’ Settembru, għall-ħabta tad-9 p.m, il-Pulizija ġiet informata b’serqa li kienet għadha kemm seħħet il-Fgura, minn ħanut f’Triq San Tumas.
Mill-istħarriġ li għamlet meta marret fuq il-post, irriżulta li raġel mgħammad kien daħal ġewwa u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena mill-Pakistan.
Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti, kif ukoll oġġetti oħra.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Farrugia Frendo LL.D ħatret inkjesta b’rabta mal-każ, filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet, kif ukoll bit-tfittxija għall-ħalliel.