Mara ta' 35 sena sofriet minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku f'Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:15pm u fi Triq Birżebbuġa.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta' 42 sena u karozza misjuqa minn mara ta' 42 sena. Fuq il-mutur kien hemm ukoll il-vittma, u t-tliet persuni kollha huma residenti ta' Birżebbuġa.
Il-mara ta' 35 sena ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar f'ambulanza, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.