Iġarrab ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gżira

Raġel ta’ 40 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-iktar kura wara inċident fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira fejn ġie ċċertifikar li weġġa’ serju

Il-Ħamis, għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħaxija, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 29 sena u karozza misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti ż-Żurrieq. 

Iż-żewġt irġiel ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u r-raġel ta’ 40 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Qrati u Pulizija