L-Erbgħa seħħ inċident tat-traffiku għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Birżebbuġa, vettura misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti s-Siġġwi u vettura oħra misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.