Il-Ħamis, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq l-Artiġjanat, Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Gżira u karozza misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin