Is-Sibt, il-Pulizija ressqet lil Iddriss Ahmed Adem mis-Sudan quddiem il-Qorti b’rabta mal-iswat li seħħ bejn l-aħħar tas-sena u l-ewwel tas-sena f’Paceville.
Dan wara, żewġ bouncers oħra ġew akkużati li kkaġunaw feriti ta’ natura gravi fuq Adem.
Min-naħa tiegħu, Adem ġie akkużat b’rabta ma’ feriment ta’ wieħed mill-bouncers, Riald Gragjevi. Adem kien li waddab flixkun fid-direzzjoni tagħhom f’San Ġiljan.
Adem ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi ħfief b’oġġett li jaqta’ jew bil-ponta, u li kiser il-paċi pubblika. Il-filmat tsc-CCTV taw indikazzjoni ċara ta’ x’ġara dak il-lejl. .
Adem wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D ċaħdet il-ħelsien mill-arrest.
Adem qal li hu student full time l-Mcast u jaħdem mal-Medavia bħala parti mill-kors ta’ technician.
L-avukat difensur ta’ Adem sostniet li Adem jinsab akkużat wara li kien attakkat kemm-il darba, filwaqt li spjegat li l-akkużi kontrih jitrattaw ġrieħi ħfief għax allegatament tefgħa flixkun.
L-avukat saħqet li talab għall-għajnuna mingħad il-Pulizija, iżda “ħadd m’għamel xejn”. Hi sostniet li l-pulizija setgħu jevitaw dan kollu billi għamlu dmirhom.
L-avukat difensur konpliet tgħid li Adem huwa finanzjarjament stabbli, ilu Malta 4 snin u għandu kondotta nadifa. Filwaqt li żiedet li peress li huwa student full time, isegwuh is-social workers.
Min-naħa l-oħra, l-Ispettur saħaq li l-akkużat stess ma mexix mal-ordni tal-pulizija biex imur jagħmel rapport l-għassa.
Għal Adem deher l-avukat Roberta Bonello. Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn l-Ispettur Brian Xuereb.
Il-Ħamis kien tressaq Riald Gragjevi, ta’ 21 sena mill-Albanija. Gragjevi kien akkużat li kkawża ġrieħi gravi lil Iddriss Ahmed Adem. Huwa wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.
Ġurnata wara, il-Ġimgħa, tressaq Ryan Zammit ta’ 26 sena mill-Fgura. Zammit ġie mixli quddiem il-Qorti li kien qed jaħdem bħala bouncer mingħajr liċenzja. Huwa wkoll wieġeb mhux ħati għall-akkużi filwaqt li nżamm arrestat.