It-Tlieta filgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Haż-Żebbuġ, vettura misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti l-Mosta u trakk misjuq minn raġel ta’ 62 sena residenti Ħal Luqa.
Ir-raġel ta’ 34 sena, li sofra xi ġrieħi fl-inċident, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Iż-żewġ sewwieqa l-oħra ma sofrewx ġrieħi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.