Ġuvni ta’ 24 sena minn San Ġiljan li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti tressaq mixli li kkaġuna biża' fuq ommu u li ser tintuża vjolenza fuqha. Huwa ġie akkużat ukoll li heddidha wara sensila ta’ argumenti li kien hemm bejn l-omm u l-iben. Fil-qorti nstema wkoll li l-vittma kif ukoll il-guvni ghandhom il-vizzju tad-droga.
Ghall-akkużi miġjuba kontrih, l-akkużat ammetta. Id-difiża u l-prosekuzzjoni qalu li sar qbil bejn iż-żewg partijiet u li l-piena ta’ treatment u probation order għanda tkun waħda idonja. Il-Maġistrat Charmaine Galea wissiet lill-akkużat li ammissjoni bħal din iġġorr il-piena sa massimu ta’ sentejn priġunerija u multa sa €15,000.
Wara li l-imputat kkonferma l-ammissjoni tieghu, il-Maġistrat ħarget ordni ta’ probation, ordni ta’ trażżin, filwaqt li poġġietu taht ordni ta’ trattament għal vizzju tad-droga.
Il-Magistrat infurmat lill-ġuvni li jekk jikser l-ordni ta’ protezzjoni, huwa jiġi mmultat is-somma ta’ €7,000.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Omar Zammit. Għall-akkużat dehru l-avukati Jose Herrera u Matthew Xuereb, filwaqt li għal parte civile deher l-avukat Alfred Abela.