Jintbgħatu l-ħabs wara li serqu żewġ turisti fir-Rabat

Minkejja li ammettew għall-akkużi, il-qorti wissiet lill-irġiel li mhux se jeħilsuha ħafif talli wieġbu ħatja fi stadju bikri u talli wiegħdu li se jagħtu lura dak li serqu.

Żewġ irġiel intbgħatu l-ħabs wara li ammettew li serq quddiem il-qorti. Il-qorti ddeċidiet li ma jagħmilx sens li tiffrankalhom is-sentenzi talli ssottomessew talba ta' ħtija bikrija. 
 
Andrei Nistor, ta' 51 sena u Lucian Serban, ta' 38 sena, it-tnejn li huma mir-Romanija, tressqu l-qorti nhar l-Erbgħa akkużati li serqu żewġ turisti ġewwa r-Rabat iktar kmieni dan ix-xahar. Nistor kien ukoll riċidiv. Godwin Scerri, l-ispettur tal-prosekuzzjoni, qal fil-qorti li l-imputati serqu madwar €200 fi flus kontanti kif ukoll karti credit cards.

L-imputati wieġbu ħatja għall-akkużi. 

l-avukati difensuri, Lennox Vella u Mark Mifsud Cutajar, qalu li ż-żewġ irġiel se jagħtu lura l-flus misruqa u sostnew li l-akkużi ma kinux gravi. 
Il-maġistrat Charmaine Galea wissiet lill-irġiel li mhux se jeħilsuha ħafif talli wieġbu ħatja fi stadju bikri u talli wiegħdu li se jagħtu lura dak li serqu.

"Ma nistgħux inħallu ħallelin jevitaw ħabs sepliċiment għaliex jirritornaw dak li jkunu serqu".

Serban ingħata tliet xhur ħabs, u Nistor sitt xhur ħabs minħabba li kien reċidiv.

L-avukat Lennox Vella assista lil Nistor. L-avukat Mark Mifsud Cutajar irrapreżenta lil Serban bħala għajnuna legali. 

More in Qrati u Pulizija