Mohammed Elmushraty, boxer li kellu ħajja lussuża ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li għamel 9 xhur f’kustodja preventiva.
Elmushraty, magħruf aħjar bħala “Lilu King” kien akkużat b’ħasil ta’ flus, evażjoni tat-taxxa u kriminalità organizzata, kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ u li kien saq mingħajr liċenzja f’Mejju 2023. Barra minn hekk, f’Jannar kien akkużat b’traffikar ta’drogi.
Huwa kien inżamm aħt kustodja, l-ewwel nett għa kien riskju li jaħrab u anke li kien jħallas lil persuni biex jixhdu.
L-erba’ xhieda dehru quddiem il-maġistrat Leonard Caruana nhar il-Ġimgħa. Huma qalu fil-qorti li ma jridux jixhdu peress li kienu involuti f’każijiet kriminali separati li għaddejjin bħalissa.
L-avukati ta’ Elmushraty’s Franco Debono, Marion Camilleri u Jose Herrera għamlu sottomissjonijiet twal fuq l-aħħar talba tiegħu għall-ħelsien mill-arrest, bil-qorti taġġorna l-kawża għal digriet dwar il-kwistjoni.
Id-digriet ħareġ kmieni t-Tnejn, u Elmushraty nħeles fuq diversi kundizzjonijiet, inkluż li josserva curfew bejn id-9pm u s-7am u jiffirma l-ktieb tal-pleġġ.
Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq garanzija ta’ €30,000 u garanzija personali ta’ €40,000 , kif ukoll €10,000 mogħtija bħala garanzija ta’ terza persuna.
Huwa mifhum li l-Avukat Ġenerali x’aktarx iressaq appell kontra l-ħelsien mill-arrest ta’ Elmushraty.