Raġel jipponta pistola lejn l-eks sieħba quddiem uliedhom
Il-qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest lil raġel akkużat li pponta arma tan-nar lejn l-eks sieħba tiegħu quddiem it-tfal tagħhom
More in Qrati u Pulizija
Il-qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest lil raġel akkużat li pponta arma tan-nar lejn l-eks sieħba tiegħu quddiem it-tfal tagħhom
Il-qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest lil raġel akkużat li pponta arma tan-nar lejn l-eks sieħba tiegħu quddiem it-tfal tagħhom. L-avukat tal-vittma ddeskriva bħala “każ ieħor bħal ta’ Bernice Cassar.”
Raġel ta’ 34 sena miż-Żurrieq tressaq il-qorti, nhar l-Erbgħa, akkużat li intimida u hedded omm uliedu, li kien qed iġorr arma tan-nar u li pprovoka u nsulta lill-mara. Kien akkużat li kien qed iġorr arma tan-nar mingħajr liċenzja, ttrasporta tarbija f'vettura mhux mgħammra b'mod sigur u li kien reċediv.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi. L-avukat tal-imputat talab għall-ħelsien mill-arrest.
Huwa mifhum li nqabad filmat fuq CCTV ta’ residenza fil-viċinanzi.
L-ispettur tal-prosekuzzjoni, Sherona Buhagiar, qalet lill-maġistrat Elaine Mercieca Rizzo, li l-vittma marret l-għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ nhar it-Tnejn, u wara ftit mar l-imputat.
Il-vittma qalet lill-pulizija li kienu ltaqgħu kmieni t-Tnejn meta l-omm marret tiġbor lit-tifla mis-Siġġiewi, wara li l-imputat kien diġà ġabarha miċ-childcare mingħajr ma avża lill-omm.
Meta l-omm avviċinat lill-imputat , li kien qiegħed fil-karozza flimkien ma’ binthom ta’ sentejn , ipponta arma tan-nar lejn il-mara u lejn bintha filwaqt li t-tifla l-oħra ta’ ħames snin kienet qed tara kollox mill-karozza ta’ ommha, qalet l-ispettur.
Il-mara rrappurtat li l-imputat kien se joqtolha minħabba li r-relazzjoni tagħhom kienet intemmet mingħajr tama li titranġa.
It-tifla ta’ ħames snin li rat kollox mill-karozza ta’ ommha, bil-biża’ irremettiet.
L-ispettur Buhagiar talbet lill-qorti għall-ordni ta’ protezzjoni favur il-mara sakemm tintemm il-proċedura u, anke jekk Attard jinstab ħati.
Talbet ukoll li jiġi pprojbit milli jżomm liċenzji ta’ armi tan-nar, li jiġu kkonfiskati l-armi tan-nar kollha li għandu, li beħsiebu jixtri jew ibiegħ.
Il-qorti ordnat biex ma jkunx ippubblikat isem l-imputat għall-protezzjoni tal-vittma taż-żewġ ulied.
L-avukat difensur Franco Debono, talab għall-ħelsien mill-arrest u talab lil missier l-imputat jikkonferma l-istat tiegħu biex jaċċetta lil ibnu joqgħod miegħu. Il-missier qal li lest li jaġixxi bħala garanti għall-ibnu, li kien impjegah ukoll.
Il-prosekuzjoni oġġezjonat għall-ħelsien mill-arrest, u enfasizzat in-natura serja tar-reat imwettaq u li l-imputat kellu tliet armi tan-nar irrġistrati taħt ismu, b’waħda ma kinitx merfugħa kif suppost. Il-qorti kienet infurmata wkoll li nstabu biss tnejn minn tlieta mill-armi tan-nar.
Waqt l-interrogazzjoni, l-imputat qal lill-pulizija li kien qed jikkontempla li jweġġa’ lilu nnifsu u wriehom ritratti tiegħu jżomm arma tan-nar ma’ rasu. Dan wassal lill-prosekuzzjon taħseb li dan jista’ jikkawża aktar reati jew iweġġa’ lilu nnisu, spjegat l-ispettur.
L-avukat tal-parte civile Jason Azzopardi, li assista lill-vittma, qal li dan huwa “każ ieħor bħal ta’ Bernice Cassar,” filwaqt li rrefera għal każ ieħor li seħħ f’Jannar 2024, fejn raġel wiegħed li se jikkontrolla lilu nnifsu. Il-vittma ħafritlu u l-akkużi kontrih twaqqgħu..”
Azzopardi qal “kien hemm ħafna biki u tgħanniq u wegħdiet, imma xorta baqa’ jgħamel l-istess”, u qal li l-imputat għandu bżonn għajnuna, u sakemm jirċieha jibqa’ ta’ riskju għall-vittma u għat-tfal.
Il-qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittma u ċaħdet il-ħelsien mill-arrest.