Raġel mixli li seraq żewġ medalji li jmorru lura għall-perjodu Franċiż mill-Mużew Marittimu il-Birgu, inħeles mill-arrest nhar il-Ħamis.
Il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Justin Mallia, ta’ 25 sena mill-Bormla, bdiet quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.
Mallia huwa mixli fuq serq aggravat ta’ medalji minn tas-seklu 17, b’valur ta’ aktar minn €400,000 li kienu ngħataw lill-mexxejja u membri tal-Kungress Nazzjonali li ġġieldu favur il-liberazzjoni ta’ Malta minn taħt il-ħakma Franċiża.
Huwa mixli wkoll li kiser tliet kundizzjonijiet ta’ pleġġ, li l-garanzija tagħhom tammonta għal €20,800.
Huwa mifhum li Mallia mar il-Mużew ta’ taparsi uffiċjal mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni b’xi dokumenti, u inzerta li kien hemm avveniment għall-istudenti, u l-gwardjani tas-sigurtà ħallewh jidħol.
L-ispettur tal-Pulizija Paul Camilleri flimkien mal-kollega tiegħu, l-ispettur Antonello Magri għarfu lil Mallia minn fuq filmat CCTV peress li għandu każijiet oħra għaddejjin mal-pulizija. Camilleri żied jgħid li Mallia kien inħeles mill-arrest ħmistax qabel is-serqa tal-medalji, wara li kien għadu kif ħeles mis-sentenza tiegħu relatata ma’ serq ieħor.
Camilleri kompla jgħid li l-medalji għandhom valur monetarju u storiku, hekk kif huma tnejn minn għaxar medalji.
Il-pulizija fittxew fir-residenza ta’ omm Mallia f’Santa Luċija fejn instab Mallia. Meta Camilleri staqsieh dwar is-serqa, Mallia mal-ewwel urih il-medalji.
Mallia kien ixxukjat meta l-ispettur għarrfu bil-valur tal-medalji, “Niddubita kemm kien konxju tal-valur vera tagħhom.”
Il-filmat CCTV juri lil Mallia jiftaħ b’forza l-kaxxa li minnha nsterqu l-medalji. L-ispettur żied li sakemm damu fil-pussess tiegħu, il-medalji ġarrbu xi ħsara. L-ispettur żied, li d-dejn li Malli kien beħsiebu jħallas bil-medalji, irnexxielu jħallsu b’mod ieħor.
L-Avukat Ġenerali Etienne Savona staqsa għaliex marru jfittxu lil Mallia fir-residenza ta’ ommu, u l-ispettur qal li dak kien l-indirizz imniżżel fuq il-bail book.
L-istaff tal-Mużew qalu lill-pulizija li s-suspettat ħalliel tħalla jidħol għaliex iddikjara li huwa uffiċjal mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, minkejja li nnutaw li ismu ma kienx imniżżel fuq il-lista.
L-ispettur Magri qal li “mal-ewwel għaraft lil Mallia” meta ra l-filmat CCTV.
Il-każ ġie deferit għal Mejju.
Il-qorti tat digriet li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex Malli jiġi akkużat.
Il-Prosekuturi Etienne Savona u Alessia Schembri qed jirrappreżentaw lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-proċeduri, jassistu lill-ispetturi tal-pulizija Paul Camilleri u Antonello Magri.
L-Avukat Joe Brincat huwa avukat difensur.