Nhar it-Tlieta, il-maġistrat Leonard Caruana, li kien qed imexxi l-kawża tal-eks ministru Laburista Silvio Grixti, li flimkien ma’ erba’ oħra huwa akkużat bi frodi ta’ benefiċċji soċjali, irrikuża ruħu.
Grixti, ta’ 49 sena, deher flimkien ma’ Roger Agius ta’ 45 sena, Emmanuel Spagnol ta’ 69 sena, Dustin Caruana ta’ 36 sena u Luke Saliba ta’ 33 sena fuq akkużi relatati ma’ frodi u attività kriminali organizzata.
L-imputati dehru il-qorti l-ġimgħa li għaddiet, iżda proċedimenti kkawżaw dewmien li wasslu lill-maġistrat jieqaf milli jkompli jippresiedi l-kawża għal raġunijiet legali.
Wara li l-qorti semgħet is-sottomissjonijiet dwar il-kwistjoni, b’mod partikolari l-eżami tal-prosekuzzjoni tal-aspett legali tas-sitwazzjoni, il-qorti osservat huwa “mifhum li l-imparzjalità u l-oġġettività fl-eżami tal-provi jibqgħu prinċipju kardinali u fundamentali ta’ kull qorti.”
Għaldaqstant, il-Maġistrat Caruana ta’ digriet, biex jassigura li mhux biss qed issir ġustizzja imma anke tidher Caruana kkonferma r-rikuża tiegħu u bagħat lura l-atti tal-kawża lir-reġistratur sabiex jiġu assenjati lil maġistrat ieħor.
Ir-racket tal-benefiċċji soċjali jinvolvi persuni li allegatament irċivew medja ta’ €450 kull xahar mhux mistħoqqa mid-Dipartiment tal-Sigurtà Soċjali.
L-avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta assistew lil Agius. L-avukati Franco Debono u Arthur Azzopardi assitew lil Grixti. Saliba kien rappreżentat mill-avukati Josè Herrera u Matthew Xuereb