Tliet vażuni u arloġġ jinsterqu mill-Palazz tal-Gran Mastru

Kienu uffiċjali ta' Heritage Malta li nnutaw xi oġġetti nieqsa minn kmamar ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru

Ritratt: president.gov.mt
Ritratt: president.gov.mt

Tliet vażuni u arloġġ ġew misruqa minn kmamar fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Heritage Malta qalu l-Ġimgħa waranofsinhar.

Kienu uffiċjali ta' Heritage Malta li nnutaw xi oġġetti nieqsa minn kmamar ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru.

L-oġġetti għandhom valur kumplessiv ta’ madwar €13,000.

Il-Pulizija li bdiet tinvestiga l-każ u flimkien ma' uffiċjali ta' Heritage Malta qed jiġi analizzat il-footage tas-CCTV cameras li hemm fil-Palazz tal-Gran Mastru.

Din kienet it-tieni darba fi ftit ġimgħat li oġġetti ġew misruqa minn siti ta’ Heritage Malta.

Fl-aħħar ta’ Marzu, żagħżugħ seraq żewġ midalji rari mill-Mużew Marittimu. Għalkemm dawn ġew irkuprati mill-Pulizija, u ż-żagħżugħ ġie arrestat, dawn ġarrbu “ħsarat irriversibbli”.

More in Qrati u Pulizija