Tork ta’ 35 sena u residenti Birkirkara, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar żewġ sulari u nofs ġo bokka ta’ ġibjun waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-4:30pm, fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa, il-Birgu.
Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin