Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati t-Tlieta waranofsinhar.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-2:30pm, fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Franċiż ta’ 60 sena kien qiegħed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll u ħabat fil-barrikati tat-triq. Flimkien miegħu, kien hemm Franċiża ta’ 56 sena.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-5:30pm, fi Triq is-Sajf ta’ San Martin, ir-Rabat.
Mill-istħarriġ li sar irriżulta li Taljana ta’ 43 sena, waqgħet waqt li kienet qed issuq mutur Kymco Agility.
Magħha kien hemm riekeb ġuvni Taljan ta’ 15-il sena li fortunatament ma ġarrabx ġrieħi.
Tim mediku ta assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ xufiera flimkien mal-Franċiża ta’ 56 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika.
Aktar tard, il-mara ta’ 56 sena kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief filwaqt li ż-żewġ x-xufiera ġew ċċertifikati bi ġrieħi gravi.