'M'għandi xejn x’naħbi': Muscat jitlob lill-Kummissarju tal-Pulizija jinterrogah

Joseph Muscat kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija l-Ġimgħa filgħodu, jitolbu jibgħat għalih biex ikun interrogat ġaladarba għandu f’idejh ir-riżultati tal-inkjesta Vitals

(Ritratti: James Bianchi)
(Ritratti: James Bianchi)

Joseph Muscat kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija l-Ġimgħa filgħodu, jitolbu jibgħat għalih biex ikun interrogat ġaladarba għandu f’idejh ir-riżultati tal-inkjesta Vitals.

Fuq Facebook, l-eks Prim Ministru qal lil Angelo Gafà sabiex jibgħat għalih, għax lest li jwieġeb il-mistoqsijiet kollha tiegħu.

“Għax m’għandi xejn x’naħbi u għax m’għandi xejn minn x’hiex niddejjaq milli nkun trasparenti bl-iktar mod asssolut, iktar kmieni llum għadni kif ktibt lill-Kummissarju tal-Pulizija. Għidtlu biex mill-iktar fis possibli u hekk kif appena jkollu, sakemm dan mhux diġa qiegħed għandu, l-konklużjonijiet minn għand l-Avukat Ġenerali tal-inkjesta dwar l-isptarijiet, isejjaħli biex inwieġeb kull domanda li jista jkollu u nuri l-fatti kollha,” Muscat kiteb.

Il-ġimgħa li għaddhiet l-inkjesta maġisterjali dwar il-konċessjoni ta’ tlett sptarijiet pubbliċi li Vitals ħadu f’idejhom fl-2015 ġiet konkluża, b’78 kaxxa evidenza imorru f’idejn l-Avukat Ġenerali.

Bosta huma dawk li jemmnu li azzjoni se tittieħed kontra Muscat, bil-lista tas-suspettati x’aktarx isemmi ukoll lil l-eks ministru Konrad Mizzi, u Keith Schembri.

“Kif diġa għidt din hija Egrant oħra. Din hija vendetta politika kontra tiegħi u kontra l-familja tiegħi. Se nibqa’ riżolut li l-verita’ toħroġ,” hu temm jgħid.

More in Qrati u Pulizija