Raġel ta' 30 sena jinqabad bejn żewġ trailers f'Raħal Ġdid

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 30 sena minn Bormla sofra ġrieħi serji wara li spiċċa maqbud bejn żewġ trailers

L-aċċident fi Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, Raħal Ġdid. (Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.)
L-aċċident fi Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, Raħal Ġdid. (Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.)

Raġel ta’ 30 sena sofra ġrieħi serji l-Ħamis waranofsinhar, wara li nqabad bejn żewġ trailers.

Fis-2:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 30 sena minn Bormla sofra xi ġrieħi wara li spiċċa maqbud bejn żewġ trailers.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija