David Wellman, minn Ħal Tarxien, ġie iddentifikat bħala r-raġel Malti illi miet f'appartament it-Tlieta filgħodu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq il-Witja, Ħal Tarxien.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u d-Departiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma ttieħed l-isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.
Numru ta' persuni selmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali, u ddesrivewh bħala persuna ġentili u ta' qalb tajba.
L-Institute of Tourism Studies kien fost dawk li sellem il-memorja ta' Wellman, eks student tal-istitut. Huma offrew il-kondoljanzi tagħhom lil qraba u ħbieb.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.