L-AFM u l-pulizija qed jinvestigaw pakkett suspettuż ftit metri ‘l bogħod miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Kelliem tal-pulizija spjega kif għall-ħabta tat-8:20am, xi ħadd ċempel jirraporta li hemm “kaxxa tal-metall” f’waħda mill-antiporti ta’ dar viċin il-binja.Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista
Fuq Facebook il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li matul il-lejl, “kien hemm ħoss ta’ splużjoni żgħira.”
Abela qal li fil-post la kien hemm ħsarat u lanqas persuni li weġġgħu, kif konfermat ukoll mill-President tal-Partit Laburista Ramona Attard mal-ġurnalisti fil-post.
Minkejja dan, it-triq ingħalqet għall-ħabta tat-8am, u l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
Fil-post waslu uffiċjali mill-Explosive Ordnance Unit li qed janalizzaw is-sitwazzjoni.
Sadattant, il-ħaddiema kollha taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ġew evakwati.