Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Santa Venera ġie arrestat b’rabta mal-isplużjoni żgħira li seħħet quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamis filgħodu.
Huwa ġie arrestat fil-garaxx tiegħu, fejn instab mill-pulizija materjal simili ta’ dak li nstab fis-sit fi Triq il-Mile End, il-Ħamrun.
Il-materjal, li sa issa ma ġiex speċifikat x’inhu, instab flimkien ma materjali oħra/
Resident fl-inħawi tal-garaxx ġew evakwati, filwaqt li l-pulizija tinvestiga l-każ flimkien mal-Iskwadra tal-Munizzjon u l-Isplussivi tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-Maġistrat Ian Farrugia fetaħ inkjesta dwar dan il-każ.
AQRA WKOLL: Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista evakwat wara ħsejjes ta' splużjoni żgħira