Fil-periklu tal-mewt wara li ssib ruħha f’diffikultà tgħum madwar Kemmuna

Il-każ seħħ is-Sibt wara nofsinhar għall-ħabta tat-1pm, ftit wara li l-mara niżlet tgħum flimkien ma’ grupp

(Mill-Arkivji)
(Mill-Arkivji)

Mara ta’ 32 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum ma grupp fil-baħar madwar Kemmuna.

Il-każ seħħ is-Sibt wara nofsinhar għall-ħabta tat-1pm, ftit wara li l-mara, ta’ nazzjonalità Ċiniża, niżlet tgħum flimkien ma’ grupp. 

It-tfajla ingħatat l-ewwel għajnuna minn voluntiera tal-Emergency Response Rescue Corps (ERRC), u wara twasslet sal-Port tal-Imġarr.

Minn hemm, it-tfajla li kienet mitlufa minn sensiha ttieħdet lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, b’ambulanza.

Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija