Anzjan jammetti li kkawża l-mewt ta’ anzjan ieħor f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija

L-anzjan ta' 69 sena ġie kkundannat sitt xhur ħabs, sospiżi għal sena

Anzjan ammetta li kkawża l-mewt ta’ sewwieq ta’ mutur f’Għawdex, sentejn ilu, waea li biddel karreġġjata b’mod traskurat.

Joseph Buttigieg, 69, wieġeb ħati kemm għall-omiċidju involontarju ta’ Bernard Xerri ta’ 66 sena kif ukoll ta’ diversi reati ta’ sewqan, sentejn wara ħabta fatali fi Triq it-Tessuti, ix-Xewkija.

Buttigieg kien kien wara Mitsubishi Pajero meta naqas milli jindika l-intenzjoni tiegħu qabel ma għamel dawra mit-triq prinċipali u ħabat ma’ Xerri, li kien qed isuq mutur Yamaha.

Xerri sofra ferita trawmatika estensiva f’moħħu b’riżultat tal-ħabta u miet.

Fil-kunsiderazzjonijiet tiegħu dwar il-piena, il-Maġistrat Jean Paul Grech, waqt li kien qed jippresiedi l-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex, osserva li l-imputat kien ammetta l-ħtija mal-ewwel opportunità u li kien diġà ħallas lill-werrieta ta’ Xerri għal nuqqas fil-ħlas tal-assigurazzjoni, u għall ħsara lill-mutur, minn butu stess.

Għaldaqstant il-Maġistrat qal li ma setgħax jinjora kemm hu serju dan il-każ.

Huwa sabu ħati tal-akkużi kollha,u l-Qorti kkundannat lil Buttigieg sitt xhur ħabs, li ġiet sospiża għal sena.

Buttigieg kien ukoll skwalifikat milli jsuq għal tliet xhur u ordnat li jħallas lura l-ispejjeż ta’ €2,796.44 tal-ħatra ta’ esperti tal-Qorti fis-6 xhur li ġejjin.

Is-Supretendent Bernard Charles Spiteri mexxa l-prosekuzzjoni.

More in Qrati u Pulizija