Passiġġiera tindarab f'inċident bejn karozza tal-linja u karozza privata

Ħabta bejn karozza tal-linja u karozza privata fil-Kalkara ħalla mara ta' 61 sena midruba 

Anzjana ttieħdet l-isptar wara li ndarbet f'ħabta bejn karozza tal-linja u karozza fil-Kalkara.

Il-mara, ta' 61 sena mill-Fgura, kienet passiġġiera fuq tal-linja meta għall-ħabta tas-1:30pm seħħet ħabta bejn tal-linja u karozza privata misjuqa minn mara ta' 26 sena.

L-inċident seħħ fi Triq Santu Rokku, il-Kalkara.

Tim mediku kien magħha fuq il-post qabel ma ntbatet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija