Għawdxi ta’ 61 sena ttieħed l-isptar b’ġrieħi serji wara inċident tat-traffiku fiċ-Ċirkewwa.
Ir-raġel, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, ilbieraħ għal xi l-4:30pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba inċident fi Triq il-Marfa, iċ-Ċirkewwa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Honda meta għal xi raġuni ħabat mal-barrikati u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici kien infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.