Raġel isofri ġrieħi serji wara li jaqa' minn sellum f'fabbrika

Ir-raġel weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġo fabbrika fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid

Raġel ta' 56 sena mill-Iklin ittieħed l-isptar it-Tlieta filgħodu wara li ġarrab ġrieħi serji fuq il-post tax-xogħol.

Fi stqarrija, il-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid, għall-ħabta ta-9:15am.

Investigazzjoni preliminari turi li r-raġel weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija